L-ewwel Fiera tal-Ktieb organizzata mil-Librerija Preca
Michael CARUANA
25 ta’ Frar, 2010 12:14 CET

http://www.maltarightnow.com/default.asp?module=news&at=L%2Dewwel+Fiera+tal%2DKtieb+organizzata+mil%2DLibrerija+Preca&t=a&aid=99818838&cid=53

Il-Librerija Preca qed torganizza ghall-ewwel darba Fiera tal-Ktieb, li l-iskop taghha hu li tkompli xxerred il-kultura tal-qari Nisrani.

Matul il-Fiera, Librerija Preca qed toffri roħs fuq ħafna mill-kotba u oġġetti reliġjużi, b’aktar minn 1,000 ktieb b’titlu differenti jinbiegħu bil-prezz ta’ ewro.

Barra minn hekk, bl-iskop li tkompli tagħti servizz lill-pubbliku fil-formazzjoni Nisranija, Librerija Preca qed torganizza diversi attivitajiet marbutin ma’ din il-Fiera tal-Ktieb. Dawn jinkludu, fost oħrajn, taħditiet dwar diversi suġġetti mmirata għall-anzjani, l-adulti, għall-ġenituri u t-tfal taħt l-erbatax-il sena, kif ukoll għaż-żgħażagħ li għalqu s-sittax-il sena.

Il-kotba esebiti u dawk għall-bejgħ huma varji ħafna, bl-Ingliż u bil-Malti, u huma indirizzati għal reliġjużi u lajċi nisa u irġiel, għall-ġenituri u għall-għalliema, għall-katekisti u għal tfal u żgħażagħ.

Kemm il-Fiera tal-Ktieb kif ukoll l-attivitajiet l-oħra kollha konnessi magħha qed isiru fid-Dar Ġenerali tas-Soċjeta’ tal-MUSEUM, fil-Blata l-Bajda. Il-Fiera tal-Ktieb tibqa’ miftuħa sas-Sibt.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s