Ġorġ Peresso Messag tieghu waqt il-Protesta tal-Bierah

Jekk illejla qiegħed nieħu sehem magħkom dan qed nagħmlu mhux biex jissemma ismi, imma biex insemma’ leħni. Lanqas mhu qiegħed b’xi mod magħkom għax jein bniedem li nħobb nipprotesta. Kieku nixtieq ngħix f’soċjetà fejn m’għandix għalfejn nipprotesta. Lanqas ma qiegħed magħkom għax nibża’ li ċ-ċensura lili tista’ tolqotni, kif laqtitni aktar minn darba – u akatr milli rrabjatni, għaġġbitni għax ma fhitmx il-għala ċċensurawni. Gejt ghax nemmen li c-ċensura tista’ tkun – u hi – qtil , delitt. Mhux tant tal-liberta imma tal-moħħ li Alla tani biex nirraguna u b’hekk għamilni differenti mill-annimal kwalunkwe. Jien annimal ragjonveli. U jien irrid nirraguna, (f’ambejnt kommunitarju, mela le), mhux ħaddieħor ghalija, ghax is-soċjeta li nemmen fiha jien mhix cirku. Ridt li b’xi mod inkun magħkom u bħalkom għax nemmen li moħħi ma jirrgaunax biss bis-slogans tar-riklami jew tal-politika lanqas ma jigi eccitat bl-idea ta’ kemm jirbah premjijeit jekk icempel issa. Ridt insemma’ leħni għax nibża’ li pajjżi li jien inħobb se jitfi d-dawl biex jifranka ftit ewro u nispcca biex inħallas jien. Iħallas moħħi. Iħallsu l-ideat tiegħi. Jien ġejt magħkom għax nibża mid-dlam.

Aħjar għada pitgħada xi ħadd jikkundannani għax għedt kelma żejda milli għax bqajt sieket jew sikkitt. Hemm skuża għal xi kelma żejda. Imma xi skuża hemm għas-skiet ?

Qiegħed magħkom għax nemmen li s-socjeta ċensuratorja hi soċjeta li m’ghandheix fiducja fiha nfisha u f’min tirrapreżenta. Hi socejta li tibza’ md-djalogu, mill-kritika, mid-dijalettika.
Isseħibt b ’xi mod magħkom għax nemmen li c-censura hija vjolenza fuq l-imħuħ. U l-vjolenza hija l-arma tal-impotenti, ta’ dawk li ma jħossuhomx żguri minnhom infushom, mill-argumenti tagħhom.

Qiegħed ningħadd magħkom ukoll għax nemmen li għandi d-dmir niddefendi id-dirtt tal-libertà ta’ dawk li mhux bil-fors naqbel magħhom. Għax ma naqbilx miegħek m’għandix noħonqok, imma nara x’għandek xi tgħid u kif qed tgħidu u l-għala qed tgħidu. Qiegħed insemma’ leħni biex nuri id-disaprovazzjoni tiegħi kontra din is-socjeta li qed tiċċensura l-effett u ma tiċċensurax il-vera kawza. Qed niskandlaizzaw ruħna bis-socjeta li ħloqna aħna stess. Qed nitkażaw bit-trab tagħna stess li tfajna taħt it-tapit u li ħaddieħor qed ifarfur fuqna. Qiegħed magħkom għax nemmen li din is-socjeta għandha bżonn ftit provokazzjoni li ġġagħlha taħseb fejn hi u fejn hi sejra u li xxomm ftit taħt għabta – għax jinten minkejja li tixxappap bil-fwieħa u l-inċens.
Qiegħed magħkom għax nemmen li jekk hemm bżonn ċensura, l-aoto-ċensura trid tiġi fuq il-kliem ta’ mibegħda , ħdura, tghajjir, veleni, gideb, malafami li qed nassistu għalihom f’dawn l-ahhar xhur akatr minn qatt qabel. Qed noħolqu socejta tinten aktar mil-latrina antika tal-irġiel ta’ Strada Karri. Jien aktar niskandaliżża ruħi minn dak li nisma’ u ġieli naqra f’ċerti artiklli u ċerti bloggs milli fil-kotba ta’ sħabi l-kittieba. Fil-letteratura, il-ħażin bħal frotta jaqa’ waħdu, m’għandux bżonn min jiżbru. L-imqas taż-żbir iqaċċat skont l-id li tmexxih. U għalhekk nagħmel sew li nagħmel autocensura fuqi nnifsi u ma nissiħibx f’din is-show ta’ veleni minxura li qed jeqirdu dawk li nħobbu nsjeħulhom « Valuri » .
Ġejt insemma’ leħni – u ipperemttuli ngħidha – għax jien bħala nisrani konvint, filwaqt li niddefendi d-dritt ta’ dawk li ma naqbilx magħhom li jsemmegħu leħinhom, imma ma nwarrabx it-twsssija ta Kristu : Ħażin għal dawk li jisandalizzaw lil dawn….iż-żgħar, l-inncoenti, imma bl-istess kliem ta’ Kristu nitqawwa meta jghidli : Il-kelma tagħkom ħalli tkun iva iva, le le. Bla tidwir. U « Ħażin għan-nies ta’ żewġ uċuh.» Filwaqt li għandi nirrispetta b’sens ta’ responsabilta lil min hu innocenti fis-sentiemtnit tiegħu, imma ma rridx niġġustifika l-ipokresija, lanqas tiegħi stess. Ma nistax naċċetta l-logħob bil-kliem.
U nagħlaq bi hrafa…wara kollox, imdorrijin nisimgħu ħafna ħrejjef. Din ħrafa Katalana. Hi dwar tifel żgħir – it-tip ta Tom Thumb. Beda jibża jgħix man-nies akbar minnu, f’ambjent enornmi għalih u ghalhekk darba baqra belgħatu u sabitlu post kenni fl-istonku tagħha. Ommu u missieru bdew ifittxuh u jsejħulu. Semagħhom, imma għat-talba tagħhom biex joħroġ mill-istonku tal-baqra, it-tifel imbezza’ weġibhom: hawn qiegħed tajjeb ghax ma m’hawnx’ xita u silg, m’hawnx beraq u ragħad. M’hawnx nies akbar minni.

Jien niddikjara li nippreferi ngħix fil-beraħ bl-isfida tax-xita u s-silg, u l-biża’ tal-beraq u r-ragħad, fil-kumpanija ta’ sfida ta’ nies akbar minni – għax jifilħu – milli fil-kenn ta’ stonku ta’ baqra sagra.
Jien nemmen li s-socjetà u anki nukleji soċjali għandhom id-dritt ta’ regulamentazzjonui, ta’ in-house regulations, imma nakkuża lil dawk li bl-iskuża ta’ ħarriesa tal-morali, iħarsu oġġettivi oħra.

Filwaqt li nirrispetta lil dawk li ġenewinament jibżgħu mill-kelma libera, jien nibza’ mhux minn dak li ċ-ċensura apertament taħbili, imma nibża’ minn dak li trid tahbi u li ma turinix x’inhu. The hidden agenda.
Jien nibża’ miċ-ċensura għax nibża’ li nistgħu mmorru b’xi mod lura għal dak li nkiteb fil-bidu tas-seklu dsatax fil-gazzetta maħruġa mill-istudenti tal-Universita L’Amico della Patria. Fost l-oħrajn inkiteb li il-poplu, anki dak intelletwali, kien miżmum, f’letarġija u rqad. Ma rrid lil ħadd ikantali tħannina biex norqod u ma nindunax x’qed jiġri madwari. Iċ-ċensura hija tħannina tal-waħx. U tħannin tal-waħx iħallem ikrah.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

One Response to

  1. Alex Vella Gera says:

    Grazzi Ġorġ

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s