Ippubblikat ktejjeb-gwida dwar Għawdex

15 ta’ Frar, 2010 14:49 CET

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Ippubblikat+ktejjeb%2Dgwida+dwar+G%26%23295%3Bawdex&t=a&aid=99818603&cid=29

‘Your Gozo Guide’ hu l-isem ta’ pubblikazzjoni ġdida maħruġa mill-kumpanija Arkadia bl-għan li tipprovdi informazzjoni utli lill-viżitatur f’Għawdex. Il-pubblikazzjoni, ta’ 40 paġna, qed titqassam b’xejn lill-passiġġieri u sewwieqa kollha li jaqsmu lejn Għawdex permezz tal-vapuri tal-kumpanija Gozo Channel.

Dan il-ktejjeb-gwida jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet kulturali ta’ dik il-ġimgħa tal-pubblikazzjoni, riċetti ħfief għat-tisjir ta’ malajr, suġġerimenti dwar xiri fil-kumpless kummerċjali Arkadia, artiklu informattiv dwar Għawdex, kif ukoll informazzjoni oħra utli b’rabta ma’ żjara f’Għawdex.

It-tema tal-ewwel ħarġa ta’ din il-pubblikazzjoni, li mistennija tkun waħda regolari, kienet il-Karnival u Jum San Valentinu, bil-kontributuri jinkludu lil Joseph Bezzina, Claire Borg, George Saguna, Matthew Green u Maria Muscat. Kopji addizzjonali ta’ din il-ħarġa jistgħu jinkisbu mill-kumpless kummerċjali Arkadia.

Il-pubblikaturi qed jilqgħu suġġerimenti mingħand il-pubbliku dwar kif tista’ titjieb il-pubblikazzjoni, inkella b’ideat dwar artikli differenti jew proposti ta’ reklamar, billi tintbagħat email fuq l-indirizz elettroniku yourgozoguide@arkadia.com.mt

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s