Minghand Nadja Mifsud ta’ Kampanja Ktieb Kafe

Qed niktbilkom dan l-email ghax naf li ghandkom ghal qalbkom il-kotba, il-qari u l-kultura.

Kollha kemm intom tafu li f’Dicembru li ghadda bdiet tahdem gewwa l-Belt Valletta l-Kampanja Ktieb Kafè. Il-kampanja miexja tajjeb, izda nahseb li bhali taqblu li din l-inizzjattiva mhix bizzejjed biex tinbidel is-sitwazzjoni f’Malta fejn jidhol il-qari.

L-idea li se ssibu hawnhekk mhix wahda gdida. Adrian Grima u Immanuel Mifsud tkellmu digà fuqha fil-ktieb taghhom Hazz fl-Ilma. Din l-azzjoni, li qed insejhilha Kampanja Ktieb Kuljum, tikkonsisti fi ‘spots’ ghat-televizjoni ta’ mhux iktar minn 3 minuti. Kull ‘spot’ jipprezenta ktieb wiehed. Idealment, dawn l-ispots jigu mxandra kuljum qabel jew wara l-ahbarijiet tat-tmienja fuq l-istazzjon televiziv nazzjonali.

Naf li dan il-progett jitlob impenn kbir biex isir realtà; wahdi ma nistax naghmel kollox. Izda nemmen li jekk entitajiet bhal Inizjamed, il-Kunsill tal-Ktieb, il-pubblikaturi, kittieba u attivisti kulturali jahdmu flimkien, hemm cans li fis-snin li gejjin Malta ma tibqax il-pajjiz fl-Unjoni Ewropea fejn in-nies jaqraw l-inqas.

Kull tip ta’ ghajnuna hija apprezzata. Jidhirli li, bhala l-ewwel pass, ghandha titressaq propozizzjoni lill-PBS. Ghalhekk, jekk tafu lil xi hadd li jahdem fil-qasam tax-xandir u li jista’ jghin, nitlobkom tghaddulu/ha dan il-messagg.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s