Il-MIOCS iniedi t-tieni harga tal-Gurnal tal-Ordnijiet Militari Monastici

L-Istitut Malti tal-Istudji Kulturali (MIOCS) ghadu kemm ippubblika t-tieni harga tal- Journal of the Monastic Military Orders, editjat mill-Kumm Dr George Gregory Buttigieg. Dan il-gurnal akkademiku bil-kulur, ta’ 130 pagna, hu ta’ interess kbir ghall-istudenti, akkademici u ghal dawk kollha li jhobbu l-Melitensia. Bla dubju ta’ xejn, din il-pubblikazzjoni prestigjuza taghni wkoll kwalunkwe librerija privata.

F’din il-pubblikazzjoni nsibu numru ta’ kontribuzzjonijiet ta’ akkademici maghrufa. Catherine Tabone taghti rendikont interessanti tal-ahhar jiem u tar-riti tal-funeral tal-Gran Mastru Pinto. Fiz-zmien meta l-Gran Mastru Pinto kien qed imut, l-Ordni f’Malta kienet ghaddejja minn taqlib kbir. Minkejja sekli twal ta’ ghajnuna lill-pellegrini u d-difiza ghall-Kristjanità, l-Ordni ukoll kienet affettwata mill-kurrenti revoluzzjonarji tal-Kontinent Ewropew. Ir-riti funebri tal-Gran Mastru offrew okkazjoni ideali biex kulhadd jiftakar fil-passat glorjuz u lussuz tal-Ordni.

F’dan it-tieni gurnal ikkontribwew ukoll storici ohra. Prof Victor Mallia Milanes jterraq il-vjagg tal-Ordni tal-Isptar minn Gerusalemm sa Malta. Prof Malcolm Barber jikteb fuq il-processi kontroversjali tat-Templari fil-Qorti u Kumm Dr George Gregory Buttigieg jittracca l-evoluzzjoni tal-fergha militari tal-Ospitallieri. Dane Munro jaghti harsa lejn il-Patronagg tal-Ordni filwaqt li l-Prof Charles Savona-Ventura janalizza l-effetti tal-Editt Papali tal-1489. Michael Ellul jaghti deskrizzjoni dettaljata tal-Infermerija tal-Ordni. Michael Galea jezamina r-rwol tal-Gran Pirjol tal-Knisja Konventwali tal-Ordni ta’ San Gwann u jaghti harsa bijografika qasira fuq kull Gran Pirjol, filwaqt li Dr George Cassar jiffoka fuq l-ordnijiet militari monastici fl-Art Imqaddsa.

L-Istitut Malti tal-Istudji Kulturali (MIOCS) twaqqaf fl-2008 biex jippromwovi l-kultura permezz ta’ pubblikazzjonijiet, avvenimenti u akkademja filwaqt li jsostni rwol filantropiku. It-taqsima tieghu tal-pubblikazzjonijiet, s’issa ppubblikat zewg hargiet tal-Journal of the Monastic Military Orders u l-ktieb “Of Craft and Honour and a Templar’s Chronicles” li kien ippremjat. Hu ppjanat li fl-2010 johorgu zewg kotba ohra u qed ikunu kkonsidrati numru ta’ ghotjiet ta’ kotba.

It-taqsima tal-Ospitallieri tal-MIOCS kien il-mutur wara l-ewwel kors li jwassal ghal Masters fl-Arti fl-Istudji tal-Ospitallieri fl-Università ta’ Malta. Din kienet l-ewwel darba li kors bhal dan qed ikun offrut kemm fl-Università ta’ Malta kif ukoll f’Malta. “Kien tassew xieraq li l-kors ghal MA fl-Istudji tal-Ospitallieri twieled f’Malta, l-Ordni li ggor isem pajjizna f’isimha stess” stqarr bi kburija id-direttur tal-MIOCS Kumm Dr George Gregory Buttigieg – li hu l- Grand Cross tal-Ordni ta’ Malta u kien moghti il-Commanders’ Cross. MIOCS dahlet fi shab mal-Università ta’ Malta f’investiment finzanzjarju li jippermetti li l-idea ta’ MA fl-Istudji tal-Ospitallieri issir realta’.

Meta ta harsa lejn dawn l-ahhar ftit xhur, Dr George Gregory Buttigieg, kofundatur tal-MIOCS qal li, “Kemm jien kif ukoll il-Kumm Raymond Bugeja – il-kofundatur venerabbli tieghi – ninsabu motivati bil-frazi Carpe Diem. Meta nharsu lejn dawn il-ftit xhur u lejn it-twaqqif sodisfacenti tal-Istitut taghna, nemmnu li l-MIOCS ghandu futur sabih. Ahna wkoll konxji min-natura filantropika tal-MIOCS u ddecidejna li nofs il-qligh li naghmlu ahna nghadduh lil persuni li qed jaghmlu xoghol fejjiedi ta’ karità.”

Dan il-gurnal jinsab ghall-bejgh mill-hwienet tal-kotba ewlenin. Il-membri tal-MIOCS huma intitolati ghal zewg pubblikazzjonijiet bil-posta b’xejn u ghal rohs ta’ 10% mill-pubblikazzjonijiet u mill-avvenimenti l-ohra kollha tal-MIOCS. B’hekk wiehed ikun qed igib lura l-hlas tal-mizata tal-ishubija li tiswa €100 fis-sena. Membri ihallsu €20 ohra fis-sena bhala ghotja ta’ donazzjoni li tmur b’risq il-Fundazzjoni MIOCS. Aktar taghrif jinkiseb mis-sit tal-Istitut http://miocs.org jew permezz ta’ ittra elettronika lil info@miocs.org.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s