Programmi dwar il-Kotba minn Campus FM

Campus FM, f’din l-iskeda qed jippreżenta numru ta’ programmi ispirati midinja tal-ktieb:

Pizzicato: Programm li jippreżenta qari ta’ Stejjer. Il-programm jixxandar kull nhar ta’ Erbgha fid-9:30am, b’ripetizzjoni l-Ħamis fis-13:30. Produzzjoni ta’ Anton Farrugia.

Karta Saħħara: Dan hu programnm ippreżentat minn Sergio Grech dwar il-kotba Maltin għat-tfal. Il-programm jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fis-13:30, b’ripetizzjoni l-Ġimgħa fid-9:30am.

Il-Ktieb l-Ieħor: Celaine Buhagiar u Ġorġ Peresso fi proġett ieħor ta’ Campus FM bit-tieni sensiela ta’ Il-Ktieb l-Ieħor li niżlet tajjeb ħafna mas-semmiegħa għall-mod innovattiv u “viżwali” fil-produzzjoni. Ir-rumanz miktub apposta għal Campus Fm – hu Ir-Raġel ta’ Waħdu ta’ Peresso. Il-programm jinstema’ kull nhar ta’ Tnejn 9:30am, b’ripetizzjoni l-Erbgħa fis-1:30pm.

Melitensia: Matul din is-serje Dr. William Zammit, flimkien ma’ għadd ta’ mistiedna esperti, ser jesploraw id-diversi forom ta’ pubblikazzjonijiet relatati b’xi mod mal-gżejjer Maltin matul is-sekli sa żmienna. Il-format, is-suġġetti u l-impatt li dan il-patrimonju letterarju u artistiku ħalla fuq niesna ser ikun diskuss, b’attenzjoni partikolari għal tipi ta’ Melitensia, li bosta drabi ftit li xejn jingħataw attenzjoni. Il-programm jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fid-9.30 am b’repetizzjoni l-Ħadd fl-10.00 am.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s