Id-Dinja tal-Illustrazzjonijiet

Fenomenu li bla dubju qed jikber fil-qasam tal-kotba għat-tfal f’Malta hu l-illustrazzjonijiet. Illum m’għadux iż-żmien li tikkuntenta ruħek bl-imbarazz. Il-ktieb għat-tfal sar proġett u pakkett wieħed.

Fuq kollox, illum il-pubblikatur Malti jaf li jrid jikkompeti ma’ kotba li ġejjin lilhinn minn xtutna fejn minħabba l-produzzjoni bil-massa ta’ dawn l-artikli allura l-prezz ikun irħas u xi drabi jkun iktar eleganti. Dan mhux darba jew tnejn li fil-każ tagħna jfisser li l-ktieb Malti jkun ħarira jew tnejn ogħla minn dak barrani għax wara kollox is-suq tagħna hu żgħir u ristrett. Hija ħasra li mhux kulħadd japprezzaha din.

Imma minkejja l-limiti tas-suq u allura r-regoli tal-logħba ma jistgħux jinbidlu, irridu nirikonnoxxu l-investiment qed isir madwarna.

Il-qasam tal-illustrazzjonijiet f’Malta hu sinjur. Hu xpakkat bl-enerġija. Nasal biex ngħid li qatt ma kien sinjur daqs illum. Fil-ktieb tal-Kullana Kulturali, fil-volum dwar il-kotba għat-tfal, Dr Ġorġ Mallia kiteb dwar tliet mewġiet f’dan il-kamp. Nemmen li llum u persważ li hu jaqbel miegħi li fl-2010 nistgħu nitkellmu fuq ir-raba’ mewġa u ta’ min iqis li dak il-ktieb ħareġ fis-sena 2002.

Il-mewġa matul is-snin rat kontributi tajba minn Robert Caruana Dingli sa Luciano Micallef. Minn Trevor Zahra sa Ġorġ Apap. Minn Ġorġ Mallia sa Frank Schembri. Minn Mary Casingena sa Sandra Abela. Is-suq illum jista’ jiftaħar b’xogħlijiet tajbin ħafna u friski ta’ ħenerazzjoni iktar żagħżugħa bħal Nicole Diacono, Greta Borg Carbott, Robert Caruana, Lisa Falzon, Mark Scicluna, u Mark Casha. Din il-vibrazzjoni qed tirifletti ruħha f’kotba mervailjużi. Mark Scicluna għadu kemm ħa l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-aħjar illustratur għas-sena 2008. Din il-ġenerazzjoni qed tkun avventuruża b’xogħol samm u kreattiv.

Dawn li semmejt hawn fuq qed jikkontribwixxu flimkiem max-xogħl;ijiet ta’ isimijiet li llum saru parti mill-istorja tal-ktieb Malti għat-tfal bħal Ġorġ Mallia, Trevor Żahra. Frank Schembri, Victor Falzon, Marisa Attard u ħafna oħrajn.

Bla dubju, dan hu żmien eċitanti ħafna għall-ktieb Malti għat-tfal.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s