JIPPROTESTAW IL-KITTIEBA U L-ARTISTI

Bħala kittieba, artisti, akkademiċi u ħaddiema f’oqsma differenti tal-kultura, nixtiequ nesprimu l-preokkupazzjoni serja tagħna għall-aħbar li l-pulizija għamlet intervent fil-preparamenti għall-Karnival. Din l-azzjoni hija l-iżjed waħda reċenti minn sensiela twila ta’ theddidhiet għall-libertà tal-espressjoni f’pajjiżna. F’dan il-każ, huwa wkoll allarmanti li l-forzi tal-ordni mid-dehra aġixxew fuq inizzjattiva tagħhom stess, għal raġunijet li s’issa għadhom ma ġewx iċċarati, minkejja l-istqarrija li għamlu l-pulizija.

L-ikbar ironija hija li l-pulizija kellha tintervjeni propju fil-kuntest tal-Karnival tan-Nadur, wieħed mill-ftit li għad fih l-ispontanjetà u l-anarkija li huma parti essenzjali minn dawn il-festġġjamenti, u li jiffurmaw parti importanti minn wirt kulturali intanġibbli li f’pajjiżna kull ma jmur qed jisparixxi għal kollox. Lanqas ma jawgura tajjeb għal pajjiżna li dan kellu jseħħ ftit wara li ġie mniedi abbozz ta’ Politika Kulturali li l-għan tagħha huwa li sservi ta’ gwida għal kull xorta ta’ inizzjattiva kulturali fil-ġejjieni. Huwa diffiċli li wieħed jimmaġina kif jista’ jintlaħaq dan il-għan fil-klima preżenti, fejn donnu qed jirrenja konservatiżmu bla rażan, u fejn kull forma ta’ kritika jew satira tal-istabbiliment tintlaqa’ b’reżistenza qawwija.

Aħna nsostnu bil-qawwa kollha, il-bżonn ta’ evalwazzjoni tat-theddida għall-ħelsien tal-kelma f’dan il-pajjiż, għaliex hemm periklu ċar u imminenti li Malta titlef il-kredenzjali demokratiċi tagħha, jekk dawn l-azzjonijiet, li mid-dehra huma appoġġjati mill-awtoritajiet tal-pajjiż, jitkomplew.

Caesar Attard
Toni Attard
Clare Azzopardi
Mario Azzopardi
Alfred E. Baldacchino
Ruth Bianco
Pawlu Borg Bonaci
Vince Briffa
Adrian Buckle
Alfred Buttigieg
Ryan Buttigieg
Gilbert Calleja
Mark Camilleri
Antoine Cassar
George Cassar
Arnold Cassola
John Chircop
Charles Dalli
Noel Fabri
Ray Fabri
Vince Fabri
Lino Farrugia
Michael Fenech
Domenic Fenech
Victor Fenech
Charles Flores
Mario Frendo
Francis Galea
Marco Galea
Albert Gatt
Chris Gatt
Reuben Gauci
Michael Grech
Sergio Grech
Maria Grech Ganado
Adrian Grima
Chris Gruppetta
Joyce Guillamier
Simone Inguanez
Raymond Mahoney
Ġorġ Mallia
Albert Marshall
Caldon Mercieca
Pierre J. Mejlak
Walter Micallef
Pauline Miceli
Immanuel Mifsud
Nadja Mifsud
George Peresso
Kevin Saliba
Karl Schembri
Mark Schembri
Andrew Sciberras
Lilian Sciberras
Joe P. Smith
Lino Spiteri
Lara Vassallo
Mario Vella
Vincent Vella
Alex Vella Gera
Trevor Zahra
Anna Zammit

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s