Iż-żgħażagħ jiddiskutu ċ-ċensura u l-effetti tagħha
Benny AGIUS
4 ta’ Frar, 2010 21:09 CET

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=I%26%23380%3B%2D%26%23380%3Bg%26%23295%3Ba%26%23380%3Bag%26%23295%3B+jiddiskutu+%26%23267%3B%2D%26%23267%3Bensura+u+l%2Deffetti+tag%26%23295%3Bha&t=a&aid=99818375&cid=19

Il-linja rqiqa bejn dak li għandu jitqies bħala x’inhu morali u dak li mhux kien fil-qofol ta’ diskussjoni li saret dwar iċ-ċensura organizzata mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista fil-Belt nhar il-Ħamis filgħaxija. F’diskussjoni li fiha kellha bħala protagonisti lill-Prim Imħallef Emeritus Giuseppe Mifsud Bonnici u lill-preżentatur Peppi Azzopradi, iż-żgħażagħ preżenti ħolqu dibattitu imnebbaħ mill-fatt jekk is-soċjeta’ għandhiex dritt li tippermetti ċensura jew le.

Il-Prim Imħallef Emeritus Giuseppe Mifsud Bonnici enfasizza li fis-soċjeta’, iċ-ċensura hi meħtieġa. Fil-bażi tagħha hemm diversi raġunijiet u fost l-aktar importanti hemm il-valur tal-moralita’. Peppi Azzopardi, ammetta li ebda soċjeta’ u ebda persuna ma tista’ tgħid li ma temminx f’ċensura. Hu għamel il-premessa li din għandha titħalla biss fejn hemm it-tfal, fejn hemm nies vulnerabbli u fejn hemm l-annimali. Mill-bqija baqa’ jenfasizza li għandu jkun l-individwu biss li jiddeċiedi x’inhu jew x’mhux tajjeb għalih.

Il-Prim Imħallef Mifsud Bonnici qal li f’soċjeta’ bilfors irid ikun hemm regoli u dawn ir-regoli fl-aħħar mill-aħħar huma determinati u interpretati minn xi ħadd. Peppi Azzopardi qal li dak li hu tajjeb għal persuna ma jfissirx li hu tajjeb għal persuna oħra. Għalhekk ħadd ma għandu dritt jiddeċiedi għal ħaddieħor. Hu sostna li l-internet illum qered saħansitra l-identita’ tal-persuna.

Fil-parti ċentrali tagħha, id-diskussjoni daret mal-argument dwar x’inhu morali u fuq liema kriterju hi bbażata l-moralita’. L-Imħallef Mifsud Bonnici qal li l-moralita’ toħroġ mir-regoli stabbiliti mir-reliġjonijiet. Peppi Azzopardi qal li ma jaqbilx għaliex ir-reliġjonijiet jimponu regoli għal min isegwihom iżda ma jfissirx li għandhom ikunu l-kejl ta’ x’inhu morali. Dak hu kalkoli li għandu jagħmlu l-individwu.

Fost interventi oħra li saru minn dawk preżenti, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li s-soċjeta’ ma tistax tabdika mid-dritt tagħha li tiċċensura. L-argumenti mressqa minn Peppi Azzopardi, jqarrbu lejn ħsibijiet ta’ anarkija fejn l-ebda awtorita’ ma għandha dritt tistabbilixxi regoli. Hu qal li s-soċjeta’ ma tista’ tabdika qatt mid-dmir tagħha li twissi dwar il-konsegwenzi tal-liberaliżmu.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s