Imnedija l-pubblikazzjoni internazzjonali ta’ Tonio Portughuese

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Imnedija+l%2Dpubblikazzjoni+internazzjonali+ta%27+Tonio+Portughuese&t=a&aid=99818376&cid=19

Tnieda l-ktieb ”People engagement for business excellence and social well-being”, ktieb miktub minn Tonio Portughese, li jitratta sistemi u prattici fil-management.

Waqt it-tnedija ta’ dan il-ktieb, il-President ta’ Malta George Abela qal li l-bidla fl-operat kummercjali fl-epoka moderna tal-globalizzazzjoni gabet magħha l-htiega ta’ bidliet strategici fl-organizzazzjoni kummerċjali, bil-għan li tissaħħaħ il-kompetittivita’ fl-industrija minkejja l-isfidi li tiltaqa’ magħhom.

Għalhekk, sostna l-President George Abela, l-awtur ta’ dan il-ktieb qed jaqsam il-minjiera ta’ esperjenzi li kiseb tul is-snin fil-qasam tar-riżorsi umani u l-komunikazzjoni biex jgħin l-iżvilupp ta’ dawn l-oqsma.

Imnedija fil-preżenza tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ispeaker tal-Parlament Louis Galea fost oħrajn, din il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll informazzjoni u ritratti tad-dibattitu televiżiv tal-1981 bejn Dom Mintoff u l-President emeritus Eddie Fenech Adami, li kien tmexxa mill-awtur tal-ktieb Tonio Portughuese stess.

Tonio Portughuese huwa għalliem tal-management kemm f’Malta kif ukoll f’diversi pajjiżi barranin u okkupa karigi għoljin fit-Tribunal Industrijali, fil-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp, fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, fix-xandir, fl-Universita’ ta’ Malta, fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknologija, fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku u fl-Għaqda ta’ Min Iħaddem.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s