Antoloġija ta’ Poeti Maltin bl-Esperanto

F’din l-antoloġija, Carmel Mallia qaleb għall-Esperanto 43 Malti poeta li huma membri tal-Għaqda Poeti Maltin u li tagħhom għamel ukoll il-bijografiji.

Il-ktieb jibda bi tliet introduzzjonijiet: tat-traduttur, tal-president tal-Għaqda Poeti Maltin, li kkollaborat mas-Soċjetà tal-Esperanto billi tat lit-traduttur il-poeżiji biex jinqalbu, u oħra ta’ Prof. Oliver Friggieri fuq il-poeżija kontemporanja Maltija.

Din hi t-tieni antoloġija ta’ poeti Maltin li ttraduċa Mallia. L-oħra li ħarġet fl-1985 kien ħariġha hu stess bl-għajnuna ta’ assoċjazzjonijiet esperantisti barranin, fejn kienu mdaħħla wkoll uħud mill-poeti tradizzjonali Maltin illum mejta.

Din l-antoloġija t’issa nħarġet għall-okkażjoni tal-150 sena mit-twelid tat-Tabib Ludvik Lazarus Zamenhof, l-awtur tal-Esperanto u poeta.
Il-qoxra tal-ktieb turi ritratt tal-monument tal-Assedju l-Kbir ta’ Sciortino li hemm quddiem il-Qorti l-Belt. Bih Mallia ried juri t-tliet karatteristiċi li jagħmlu l-qafas tal-kultura u t-tradizzjoni Maltija. Bħal ma kiteb Mallia stess fl-introduzzjoni tiegħu, b’din l-antoloġija ried joffri lill-Esperantisti madwar id-dinja li ma jistgħux jiġu hawn speċi ta’ gwida turistika poetika, speċi ta’ araw x’għandna Malta, m’aħniex inqas minn ħaddieħor.

Interessanti li f’din l-antoloġija hemm erba’ collages bi kwotazzjonijiet minn poeti Maltin tradizzjonali biex iservu bħala kontinwità poetika.

Il-qoxra ta’ wara, barra ritratt tat-traduttur, hemm tagħrif qasir fuq iż-żewġ għaqdiet kollaboraturi għall-informazzjoni tal-esperantisi barranin.

F’kumment li tana Carmel Mallia qalilna li “nittamaw li ‘l quddiem fuq din l-antoloġija nkunu nistgħu noffrulkom reċensjoni ta’ żewġ poeti esperantisti barranin, wieħed Brażiljan u ieħor Taljan jgħix l-Iżlandja. Nittamaw li din l-antoloġija sservi bħala kwadru ieħor ta’ Malta offrut lill-barranin, did-darba esperantisti, b’moħhom miftuħ fuq id-dinja.”

Esperimenti bħal dawn huma validissimi.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s