Nhar il-Ħamis 4 ta’ Frar 2010, Dr Simone Galea se tintervista live lil Adrian Grima f’puntata oħra mis-sensiela IS-SIEGĦA TAL-KITTIEBA, li bħas-soltu se ssir fis-Sala tal-Mużika, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fis-7.30pm

Adrian Grima, li dan l-aħħar rebaħ il-Premju Speċjali għall-aktar ktieb kreattiv bil-ktieb Riħ min-Nofsinhar, huwa magħruf għall-poeżija impenjata tiegħu. Huwa jaħdem mal-grupp kulturali Inizjamed li jorganizza diversi attivitajiet kulturali matul is-sena, fosthom il-Festival tal-Poeżija tal-Mediterran, li sar appuntament annwali fil-kalendarju kulturali lokali.

Minbarra li huwa poeta, illum il-ġurnata Grima qiegħed jagħmel isem bħala intellettwali impenjat u spiss ikun mistieden jikkontribwixxi f’kungressi u ġurnali, l-aktar b’taħdidiet u artikli dwar il-Mediterran fl-aspett artistiku, soċjali u politiku tiegħu.

Adrian Grima jgħallem il-letteratura Maltija fil-Fakulta’ tal-Arti.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s