Imut il-kittieb Amerikan J.D. Salinger
Adrian CAMILLERI
editor@maltarightnow.com
29 ta’ Jannar, 2010 10:15 CET

Tħabbret il-mewt tal-kittieb Amerikan J.D. Salinger, magħruf, fost l-oħrajn, għall-ktieb influwenti The Catcher In The Rye. Salinger miet b’kawżi naturali fid-dar tiegħu ġewwa Cornish, fi New Hampshire.

Għal bosta snin, Salinger għex ħajja ta’ rekluż u kien sar famuż għan-nuqqas ta’ intervisti li kien jagħti u, ironikament, għax kien jgħid li qatt ma ried isir famuż.

The Catcher in The Rye kien ippubblikat fl-1951 – storja dwar aljenazzjoni, innoċenza u fantażija, li mill-ewwel ħakmu l-immaġinazzjoni taż-żagħżagħ madwar id-dinja.

L-anti-eroj ta’ The Catcher in The Rye kien ta’ ispirazzjoni kbira għal numru ta’ karattri tal-films u t-television, mill-karattru interpretat minn James Dean f’Rebel Without a Cause għal dak ta’ Dylan McKay fis-sensiela popolari tas-snin disgħin, Beverly Hills 90210.

L-influenza tal-istess karattru nifdet ukoll il-mużika, partikolarment evidenti fix-xogħol tal-kantant-awtur Billy Joel.

Iżda forsi l-iktar li jibqa’ jitfakkar, illum, The Catcher In The Rye, hu għar-rwol li jidher li kellu fil-qtil tal-Beatle, John Lennon; filfatt, fuq il-qattiel ta’ Lennon kienet instabet kopja tal-ktieb. Il-qattiel innifsu, Mark Chapman, kien inċita x-xogħol ta’ Salinger bħala ispirazzjoni għal dak li għamel, filwaqt li sostna li “dal-ktieb straordinarju fih ħafna risposti”.

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Imut+il%2Dkittieb+Amerikan+J%2ED%2E+Salinger&t=a&aid=99818218&cid=28

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s