Serata ta’ Mużika Sagra u Poeżija fil-Parroċċa Santa Marija tal-Qrendi

Fl-okkażjoni tat-tqegħid tal-ewwel ġebla taċ-ċentru pastorali parrokkjali fil-Qrendi, il-Korijiet Sine Macula ta’ Ħal Safi (taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Tony Pace) u Magnificat tal-Qrendi taħt id-drezzjoni tas-Sinjorina Maria Daniela Farrugia) ser jingħaqdu f’lejla mużiko-letterarja li ser issir nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar fil-Knisja Parrokkjali, Santa Marija tal-Qrendi, mit-8.00 ta’ fil-għaxija ’l quddiem.

Is-serata ser tkun tikkonsisti fi tliet taqsimiet li fihom ser ikunu interpretati xogħlijiet korali magħrufa u oħrajn inqas magħrufa. Ix-xogħlijiet magħżula fl-ewwel parti tas-serata huma il-Laudate ta’ Christopher Tyre, l-Ave Maria ta’ Franz Schubert, is-Sicut Cervus ta’ Giovanni Pierluigi Palestrina u l-Pie Jesu ta’ Andrew Lloyd Webber. Fit-tieni parti tinqara l-poema ‘Leħen il-Maħbub’ ta’ John Buttigieg, poema mfassla fuq tliet movimenti li jdommu flimkien żewġ waqtiet differenti u kumplimentari fl-istorja tal-fidi ta’ poplu – Il-miġja ta’ San Pawl u l-ħidma ta’ San Ġorġ Preca fit-tixrid tal-bxara t-Tajba. Iktar milli storja fihom infushom hawn iż-żewġ waqtiet jieħdu l-forma ta’ esperjenza kollettiva u personali, linja waħda li tat u tibqa’ ttenni l-identita’ sħiħa ta’ poplu wieħed. Il-poema fija tleit movimenti li bejniethom il-korijiet se jinterpretaw il-Pater Noster ta’ Mro. Joseph Sammut, silta mis-Sancte Paule ta’ Mro. Tony Pace u l-Veni Electra Mea ta’ Patri Albert Borg. It-tielet u l-aħħar parti tas-serata il-korijiet ser jinterpretaw siltiet mill-Magnificat Ossecensis ta’ Antonio Vivaldi, l-Antifona Marjana Hodie Maria Virgo ta’ Mro. Tony Pace, As I kneel before You ta’ Maria Parkinson u fl-aħħar l-innu Art Sabiħa Magħżula mis-Sema ta’ Mro. Joseph Abela Scolaro. Il-korijiet flimkien mas-solisti Tiziana Mifsud (sopran), Deborah Pace (sopran), Sara Mifsud (sopran), Chantelle Busuttil (sopran), Alexandra Ellul (contralto), Jonathan Sciberras (baritonu) u l-Pjanista Pauline Pace se jkunu mmexxija mis-Surmast Direttur Tony Pace.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s