Il-Benniena tal-Edukazzjoni Moderna f’Malta

Is-seklu għoxrin ra żviluppi drammatiċi għall-Malta. Minn kolonja Malta saret nazzjon-stat bl-Indipendenza tagħha. L-Indipendenza ssaħħet matul is-snin sakemm il-pajjiż mexa għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.

Is-seklu għoxrin kien seklu li ra żvilupp qawwi fil-kamp edukattiv. Mill-edukazzjoni elitista mxejna għall-edukazzjoni għal kulħadd. Dan sar bis-saħħa ta’ investimenti sodi mill-gvernijiet Maltin li nvestew mhux biss fi strutturi imma wkoll fin-nies li taw is-sehem tagħhom biex il-pajjiż jimbarka fuq ideat innovattivi fil-kamp importanti tal-edukazzjoni.

Dwar dan tista’ tgħid li hu fi ftit kliem, il-ktieb editjat minn Joseph M. Sammut u Charles Magro, Innovators in Education. L-edituri permezz ta’ traskrizzjonijiet ta’ intervisti jlaqqgħuna ma’ protagonisti li ħolqu strutturi li ħallew effett u impatt kruċjali fl-iżvilupp tal-edukazzjoni tagħna. Il-ktieb ilaqqgħana f’ċerti każijiet mal-bennejja ta’ taqsimiet fl-istruttura edukattiva li llum ma nimmaniġawx li ngħaddu mingħajrhom. Pajjiżna seta’ jgawdi minn sistema edukattiva bħal m’għandna għax xi ħadd implimenta l-ħolma li emmen fiha.

Il-ktieb iħalli lill-protagonisti jwieżnu u jitkellmu dwar il-kontribut li huma taw lis-settur tant vitali. Bla dubju, min jaf kemm għad fadal min ħaqqu jkun f’kotba bħal dawn. Hawnhekk, l-attenzjoni ntefgħet fuq l-Uffiċjali Edukattivi li r-rwol tagħhom matul is-snin inbidel. Darba l-Uffiċjal Edukattiv kien magħruf bħala l-Inspector u xogħlu litteralment kien li jimponi l-biża’ biex l-għalliema u l-klassijiet tagħhom jimxu f’ċerta uniformità.

Maż-żmien, il-mexxejja tagħna fehmu li dawn xogħlhom għandu jkun kif is-sistema ser tagħti riżultati tajba u aħjar; mhux biss f’termini ta’ marki imma fl-iżvilupp ħolistiku tal-klijent. Għax fl-aħħar mill-aħħar, l-istudent imur l-iskola mhux biex iġib 99 marka fil-Fiżika imma biex jikber bħala persuna u jkun lest għsll-ħajja. Dawn l-uffiċjali fost l-oħrajn kellhom jevalwaw il-kurrikuli u fuq kollox jagħtu struzzjonijiet favur tagħlim iktar ħaj,dinamiku u animat. Ħafna minnhom ingħataw l-opportunità li jżiedu l-għerf tagħhom billi jistudjaw barra minn Malta biex il-ħidma tagħhom tkun tista’ titjieb. Dan kollu dejjem għall-ġid tal-istudent.

Kif jispjegaw, l-edituri min ma ġiex intervistat hawn ma jfissirx li matul is-snin ma tax kontribut imma hawnhekk intgħażlu dawk li ġabu riformi fil-kurrikulu u li bdew jagħtu servizzi ġodda.

Fost l-innovazzjonijiet diskussi li ġew inklużi nsibu l-introduzzjoni tal-Istudji Soċjali, ir-rivoluzzjoni fit-tagħlim bl-użu tal-kompjuters, l-introduzzjoni tal-Istudji Ewropej, is-servizz tal-pariri u l-ftuħ tal-kindergartens.

Ktieb bħal dan bla dubju ser ikun għodda bżonnjuża għall-istoriċi tal-edukazzjoni.

Kopja ta’ dan il-ktieb ġiet preżentata lill-President Abela t-Tnejn li għadda.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s