Imnedija kampanja edukattiva għat-tfal dwar id-dimensja
Marion ZAMMIT
marion.zammit@media.link.com.mt
22 ta’ Jannar, 2010 16:29 CET

Bil-preżentazzjoni, min-naħa tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-komunita’, tal-ktieb ta’ Marion Galea, ‘In-Nannu nesa x’jisimni’, lill-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina, kienet imnedija kampanja li għandha l-iskop li tispjega x’inhi d-dimensja lit-tfal.

Dan il-ktieb ta’ Trevor Zahra se jitqassam lill-istudenti kollha tal-Year Six fl-iskejjel tal-istat u privati wara li l-Ġimgħa filgħodu kien imniedi f’ċerimonja li saret fl-iskola primarja ta’ Marsaxlokk li tifforma parti mill-Kulleġġ San Tumas Moore.

Huwa fatt li llum qed ngħixu aktar u dan huwa dovut primarjament għall-avvanzi kbar li qed isiru fil-qasam tal-kura tas-sahha. Dan il-fatt, iżda, jġib miegħu realta’ ġdida, dik li qed jiżdiedu n-nies li qed jiffaċċjaw il-kundizzjoni tad-dimensja.

Mhux faċli li l-bniedem jidra din il-kundizzjoni u mhux faċli lanqas għal min jgħix mal-anzjan jew l-anzjana li jaċċetta u jifhimha. Ħafna drabi s-sitwazzjoni tikkomplika ruħha minħabba nuqqas ta’ informazzjoni.

Kien għalhekk li l-Gvern ħass il-bżonn li jiġi mniedi dan il-ktieb bl-intenzjoni li din il-kundizzjoni tiġi spjegata lit-tfal ħalli minn eta’ żgħira titqajjem kuxjenza dwar din il-marda.

L-awtur Trevor Zahra segwa mill-qrib x’jiġri meta xi ħadd ikollu d-dimensja u, flimkien ma’ esperti f’dan il-qasam, ifformula storja qasira li tispjega din il-kundizzjoni medika.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s