Tittella’ għall-ewwel darba l-kantata ”Ħodon Fjuri lil San Publiju”
Hermann MICALLEF
hermann.micallef@media.link.com.mt
18 ta’ Jannar, 2010 10:40 CET

Fl-okkażjoni ta’ żewġ ċentinarji li qed ikunu ċelebrati fil-Furjana, se tittella’ għall-ewwel darba l-kantata “Ħodon Fjuri lil San Publiju”, fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar 2010.

L-avveniment se jsir taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta George Abela. Il-kantata nkitbet mill-Professur Oliver Friggieri b’mużika tas-Surmast Raymond Sciberras.

Din is-sena taħbat għeluq l-400 sena mindu San Publiju kien dikjarat patrun ta’ Malta u l-200 sena mindu saret il-vara artistika u titulari ta’ San Publiju fil-Furjana. Il-vara, li għandha xogħol fl-injam, kienet inħadmet minn Vincenzo Dimech.

Fil-premiere tal-kantata ser jieħdu sehem is-solisti Joan Mangion, Charles Vincenti, Albert Buttigieg u Pamela Bezzina flimkien man-narratur Philip Farrugia Randon.

Se jieħu sehem ukoll il-kor Mirabitur flimkien mal-orkestra mmexxija mill-kompożitur Maestro Raymond Sciberras.

Il-kantata qed issir fuq inizjattiva tad-direzzjoni tal-gazzetta Il-Furjana li ilha toħroġ mill-1953. Iċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Ċentinarja se jsiru kollha fi sfond liturġiku u kateketiku.

Matul il-ġimgħatejn ta’ ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil-Furjana b’rabta ma’ dawn iż-żewġ ċentinarji, se jittellgħu diversi attivitajiet fil-Knisja Arċipretali għal persuni ta’ kull kategorija u etajiet differenti, fosthom, tfal, miżżewġin, anzjani u morda.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s