Iċ-Ċentru tad-Drama jiċelebra l-150 anniversarju mit-twelid ta’ Chekov
Hermann MICALLEF
hermann.micallef@media.link.com.mt
23 ta’ Jannar, 2010 19:47 CET

Dan ix-xahar jaħbat il-150 anniversarju mit-twelid tad-drammaturgu Russu Anton Chekhov – wieħed mill-aktar awturi influwenti fl-Ewropa. Bl-iskop li jiċċelebra dan l-anniversarju, iċ-Ċentru tad-Drama f’Malta stieden lil Vladimir Jevtovic, direttur teatrali mis-Serbja, biex itella’ proġett bażat fuq id-drammi prinċipali kif ukoll drammi qosra komiċi ta’ Chekhov.

Dan is-sit iltaqa’ ma’ Vladimir Jevtovic li tkellem dwar ir-rilevanza tax-xogħlijiet ta’ Chekhov il-lum għax jappella għal kull perjodu ta’ żmien. Huwa qal li fid-drammi u fil-kummiedji tiegħu, Chekhov juri r-relazzjoni bejn mara u raġel, ir-relazzjoni bejn omm u missier fejn jisfrutta l-emozzjonijiet ta’ xulxin. Permezz tax-xogħlijiet tiegħu, d-drammaturgu Russu juri kif in-nies li jgħixu waħidhom fl-istess ħin ikunu kuntenti bihom infushom. Juri wkoll kif il-bniedem ikun imdejjaq meta jinsab waħdu u kemm ikun imweġġa’ biex isib il-maħbuba ta’ ħajtu.

Huwa kompla jgħid li kollox ma’ kollox ix-xogħlijiet ta’ Anton Chekhov jinkludu kull tip ta’ emozzjoni, bħall-imħabba, it-tbatija, id-disprament, il-ferħ fil-familja u dwar il-possibbilta’ li wieħed ikun kuntent. F’dan is-sens, sostna Jevtovic, Anton Chekhov jibqa’ rilevanti anki fiż-żminijiet moderni tal-lum.

Fil-proġett, li qed isir bis-sehem ta’ għalliema u studenti gradwati miċ-Ċentru tad-Drama, qed ikunu trattati siltiet minn xogħlijiet famużi bħal it-Tliet Aħwa Bniet, iz-Ziju Vanja, il-Gawwija u l-Ġnien taċ-Ċirasa. Vladimir Jevtovic jinsab Malta biex jintroduċi l-Olive Mediterranean Theatre School liċ-Ċentru tad-Drama bl-iskop li jingħaqad ma’ 15-il skola oħra u jipparteċipa fl-Olive Theatre Festival li se jsir f’Ateni, il-Greċja f’Settembru li ġej.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s