IL-Prim Ministru jfaħħar ‘l pubblikaturi Maltin

23 ta’Jannar 2010

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi sostna li l-pubblikaturi, l-edituri, il-kittieba u dawk kollha li jagħtu sehmom f’dan is-settur qed iżżommu bil-ħidma tagħhom ħajja l-identità tal-poplu Malti. Huwa qal dan waqt diskors fl-okkażżjoni taċ-ċerimonja tal-premju nazzjonali tal-ktieb li saret f’Kastilja.

Il-Prim Ministru kompla jgħid li l-pubblikaturi Malti għandhom diversi diffikultajiet minħabba s-suq relattivament żgħir tal-pajjiż, huwa faħħar il-ħidma tagħhom, li fi kliemu, qajla jingħataw importanza meta jissemmgħu xogħlijiet kbar ta’ letteratura.

Dr Gonzi qal li s-sena li għaddiet inxtraw aktar minn 120,000 ktieb għall-istudenti fl-iskejjel primarji u sekondarji. Dan ikompli jixhed l-importanza tal-ktieb, minkejja l-era tat-teknoloġija u l-internet. Għal din is-sena, il-gvern qed jallokaw 100,000 ewro għax-xiri ta’ kotba ġodda għal-librerija pubblika.

Stqarr li l-Gvern nieda skemi għall-boroż ta’ studju għaż-żgħażagħ Maltin u li minnhom ibbenefikaw madwar 340 student u studenta. Terz minn dawn qegħdin isegwu dottorat. Il-ġimgħa li għaddiet għalqet sejħa oħra għall-boroż ta’ studju u ntefgħu 180 applikazzjoni. Il-Gvern huwa kommess li jkompli joffri aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ Maltin u se terġa’ toħroġ skema oħra ta’ boroż ta’ studju f’Mejju ta’ din is-sena. Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-importanza kbira tal-kittieba, u qal li f’xi mumenti dawn mhux dejjem isibu pubblikaturi biex jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s