Pubblikazzjoni oħra dwar Don Lorenzo Milani

Għadu kemm ħareġ it-tieni ktieb f’sensiela ta’ ħames kotba dwar Don Lorenzo Milani. Wara l-ktieb bil-Malti miktub minn Carmel Borg u Mario Cardona – Lorenzo Milani, l-Edukazzjoni u l-Ġustizzja Soċjali – pubblikat fl-2008 mill-Media Centre, issa l-istess Carmel Borg u Mario Cardona, flimkien mat-Taljanista Sandro Caruana, tawna l-ktieb bl-Ingliż bit-titlu Letter to a Teacher: Lorenzo Milani’s Contribution to Critical Citizenship.

Dan il-ktieb ta’ 270 paġna, maħruġ mill-Aġenda, hu edizzjoni kritika tat-traduzzjoni tal-Ittra lil Waħda Għalliema.

Il-ktieb hu miżgħud b’noti tat-tradutturi u noti oħrajn li jgħinu lill-qarrej jifhem aħjar l-isfond tal-Ittra li kitbu tmint itfal minn Barbiana, megħjunin minn Milani, 42 sena ilu.

L-introduzzjoni tal-ktieb tiffoka fuq ħajjet u ħidmet Lorenzo Milani. Taqsimiet oħra tal-ktieb jinkludu: intervista ma’ Edoardo Martinelli, wieħed mill-istudenti ta’ Milani; kelmtejn qabel tal-istudjużi Domenico Simeone u Peter Mayo; u l-Għeluq ta’ Adele Corradi, kollaboratriċi ta’ Milani.

Skont wieħed mill-awturi, il-Professur Carmel Borg, il-ktieb se jkun imniedi f’ħames pajjiżi differenti – Malta, il-Kanada, l-Iskozja, l-Italja u l-Ġermanja.

Letter to a Teacher għandu kopertina attraenti ħafna, xogħol l-artist grafiku Pierre Portelli.
Fit-tieni kwart tal-2010 se jkun ppubblikat it-tielet ktieb dwar Milani – Lorenzo Milani – bejn ilbieraħ u llum. Editjat min Carmel Borg, dan il-ktieb se jlaqqa’ 25 ħassieb Malti u Taljan li lkoll se jiktbu artikli mnebbħin minn Milani.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s