Ħarġa ġdida tar-rivista VERSI

L-artiklu ewlieni tar-rivista VERSI (2010/1) jfakkar lil Patri Wistin Born OP li din is-sena jaħbat il-mitt anniversarju tat-twelid tiegħu.

Patri Born kien Membru Onorarju ad vitam tal-Għaqda Poeti Maltin. Alfred Massa, filwaqt li jsellem lil dan il-kittieb, drammaturgu u poeta, isemmi wħud mix-xogħlijiet tiegħu.

Hu jappella lill-Komunità Dumnikana biex tfakkar lil dan l-iben denn tagħha billi tippubblika Ġabra ta’ poeżiji li niseġ f’ħajtu bil-Malti u bl-Ingliż.

Barra miż-żewġ artikli utli għall-istudenti tal-Malti, insibu rapport dwar is-Serata tal-Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2009, kif ukoll ir-rubriki tas-soltu. Il-Paġna Poeti Maltin Kontemporanji hi dedikata lill-poeta Salv Sammut.

L-editorjal jitkellem dwar kif qiegħed jiġi mfakkar Jum Dun Karm, il-Poeta Nazzjonali tagħna. Fost ħwejjeġ oħra VERSI tistqarr: “Żgur li l-Poeta Nazzjonali jixraqlu aħjar mill-mod kif qed jiġi mfakkar u li Jum Dun Karm għandu jkun ċelebrat b’aktar dinjitá.”

Kull kuntatt ma’ din ir-rivista jista’ jsir permezz tal-indirizz elettroniku, ghaqdapoetimaltin@hotmail.com

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s