Awturi dwar il-Libertà tal-Espressjoni

Aħna l-awturi hawn taħt iffirmati, nixtiequ nesprimu d-dispjaċir u n-nuqqas ta’ qbil tagħna mat-trażżin istituzzjonalizzat tal-espressjoni ħielsa f’pajjiżna.

Bħala awturi, ma nistgħux naċċettaw l-implikazzjonijiet ta’ xi setgħa li teħodha fuqha nnifisha li tgħarbel u tiddeċiedi x’jista’ jinqara u x’ma jistax. F’Malta Ewropea tas-seklu wieħed u għoxrin, l-espressjoni għandha tkun ħielsa. Atti ta’ ċensura artistika jitfgħu dubji serji fuq ir-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali salvagwardjati fil-Kostituzzjoni.

Hawn qegħdin nagħmlu aċċenn għar-rwoli importanti li għandhom il-kittieba f’kull soċjetà. Nisħqu fuq il-ħtieġa li kwistjonijiet urġenti bħal-libertà tal-espressjoni u l-istatus tal-artist f’pajjiżna jitpoġġew fuq quddiem nett tal-aġenda nazzjonali; li jinbidlu b’mod immedjat l-liġijiet antikwati li jistgħu b’xi mod itellfu din il-libertà; u b’mod immedjat titwaqqaf kull prosekuzzjoni mill-pulizija li għandha x’taqsam ma’ dawn il-liġijiet antikwati.

Aħna ma noġġezzjonawx għal sistema ta’ klassifikazzjoni li xogħolha jkun li tagħti parir lill-poplu dwar livelli ta’ kontenut adult fl-oqsma artistiċi, imma noġġezzjonaw bil-qawwa kollha għal dik iċ-ċensura li tinsulta l-intelliġenza u l-libertà tal-poplu Malti.

Authors about Freedom of Expression

We the undersigned authors, would like to express our regrets about and lack of agreement with the institutionalised curbing of free expression in our country.

As authors we cannot accept the implications that some power takes it upon itself to filter and decide on what can or cannot be read. In European Malta of the twenty first century, expression should be free. Acts of censorship cast serious doubts on the respect of the fundamental rights and freedoms safeguarded by the Constitution.

Here we are underlining the important roles played by writers in all societies. We insist on the need that urgent problems like freedom of expression and the status of artists in our country be put at the forefront of the national agenda; that antiquated laws that can in some way hinder this freedom, be emended with immediate effect; and any prosecution by the police related to these antiqueated laws be stopped, also with immediate effect.

We do not object to a classification system intended as a guide for the people about levels of adult content in the different arts, but we object with all possible might to that censorship that insults the intelligence and the freedom of the Maltese people.

John Aquilina
Clare Azzopardi
Mario Azzopardi
Simon Bartolo
Norbert Bugeja
Mark Camilleri
Charles Casha
Antoine Cassar
Charles Colerio
Noel Fabri
Lino Farrugia
Charles Flores
Francis Galea
Sergio Grech
Maria Grech Ganado
Adrian Grima
Simone Inguanez
Gorġ Peresso
Ray Mahoney
Ġorġ Mallia
Albert Marshall
Immnuel Mifsud
Kevin Saliba
Andrew Sciberras
Karl Schembri
Loranne Vella
Vince Vella
Alex Vella Gera
Trevor Żahra

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s