PUBBLIKAZZJONI GDIDA BL-INGLIZ:

“PEOPLE ENGAGEMENT FOR BUSINESS EXCELLENCE AND SOCIAL WELL-BEING”

MINN: CAV. DOTT. TONIO PORTUGHESE B.A.(HONS)., M.A., OMRI (ITALIA)

Din il-pubblikazzjoni tigbor ghadd ta’ episodji, ricerka, studji dwar prattici tat-tmexxija manigerjali f’perijodu ta’ 35 sena ta’ hidma fil-oghla posizzjonijiet ta’ tmexxija f’ghadd ta’ pajjizi. Tiffoka fuq l-evoluzzjoni tal-management tar-rizorsi umani fl-istrategija kummercjali, f’ambjenti differenti minn dak socjo-ekonomiku ta’ Malta sa mis-snin sebghin ghal missjonijiet internazzjonali f’pajjizi bhall-Italja, Franza, il-Marokk, il-Malasja, Singapore u c-Cina.

L-awtur — Tonio Portughese, jaqsam dawn l-esperjenzi prattici li jmorru mill-ewwel hidma tieghu fi hdan il-korporazzjoni tal-Isvilupp ghall-addattament ta’ strategiji u prattici tax-xoghol mibnija fuq ir-ricerka ta’ sistemi li jtejjbu l-motivazzjoni, l-involviment u t-tmexxija ispirazzjonali fil-“business”; ighaqqad l-evoluzzjoni tal-funzjonijiet tar-Rizorsi Umani mal-hajja effettiva fl-azjenda u l-impatt taghhom fuq il-prestazzjoni u r-rizultati finanzjarji fil-kuntest tal-programm ta’ Kwalita’ Totali (Total Quality Management), eccellenza sostenuta u responsabbilta’ socjali bhala s-sisien ghal forza tax-xoghol motivata u mharrga.

Il-ktieb ser ikun inawgurat waqt cerimonja fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, bis-sehem tal-oghla awtoritajiet tal-pajjiz immexxija mill-President ta’ Malta l-Eccellenza Tieghu Dr George Abela; ex Presidenti ta’ Malta; il-Prim Ministru; il-Kap tal-Opposizzjoni; Ministri u membri parlamentari; dinjitarji barranin; mexxejja tal-industrija; akkademici; u gurnalisti.

Fl-introduzzjoni tieghu ghal din il-pubblikazzjoni, “People Engagement for Business Excellence and Social Well-Being”, l-Eccellenza Tieghu Dr George Abela, josserva li “il-bidla kostanti fl-ekonomiji tal-business fl-epoka moderna tal-globalizzazjoni gabet maghha l-htiega ta’ bidliet strategici mhux biss fl-aspett purament operazzjonali, izda fil-missjonijiet tal-organizzazzjonijiet kummercjali li jixtiequ jsahhu l-kompetittivita’ f’ambjent industrijali li qieghed jikber fost hafna aktar sfidi…………….Huma dawn l-argumenti li Tonio Portughese janalizza f’dan il-ktieb eccellenti, temi mibnija fuq il-minjiera ta’ esperjenzi fl-isvilupp tar-rizorsi umani u l-komunikazzjoni…………Dan fir-realta’ huwa l-valur tax-xoghol ta’ Tonio Portughese, il-bidla tal-bniedem li jahdem minn semplici ghodda f’rizorsa ta’ beneficcju li ghandha tkun meghjuna tikber u tizviluppa. Timmarka vjagg eccitanti mill-jiem koroh tar-rivoluzzjoni industrijali ghall-fazi mimlija sfidi godda fejn il-kummerc u l-progress socjali fl-isfond tar-responsabbilta’ socjali jithalltu bl-aqwa armonija”.

Il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll ghadd ta’ ritratti mhux pubblikati tal-famuz dibattitu politiku fuq it-televizjoni fl-1981 bejn il-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien Dom Mintoff u l-Kap tal-Opposizzjoni Eddie Fenech Adami, immexxi u presjedut b’abbilta’ mill-awtur tal-ktieb; id-dibattitu ferm mistenni bejn Eddie Fenech Adami u Karmenu Mifsud Bonnici; laqghat li jinvolvu lill-Prof Romano Prodi bhala President tal-Gruppo IRI (Istitut ghar-Rikostruzzjoni Industrijali tal-Italja); l-Eccellenza Tieghu Francesco Cossiga bhala President tal-Italja fiz-zjara statali f’Malta; l-Inginier Pasquale Pistorio, manager ta’ fama u statura internazzjonali u wiehed milli emmen u investa f’Tonio Portughese; sessjonijiet ta’ tahrig immexxija mill-awtur fil-Business University ta’ Fuveau fi Franza; u Shenzhen fic-Cina fost l-ohrajn.

L-episodji, l-esperjenzi u l-prattici manigerjali f’diversi kulturi huma msahha b’hafna metodologiji fuq l-objettivi,prestazzjonijiet u kejl tad-diversi funzjonijiet fi hdan l-attivita’ tar-Rizorsi Umani. Dawn jirreferu ghal sistemi ta’ tahrig u svilupp; ir-rwol u l-impatt tal-forza tax-xoghol motivata u integrata fil-process ta’ titjib kontinwu; sinergiji bejn l-Industrija u t-Tahrig Vokazzjonali; rikonoxximent ta’ rizultati u titjib; mizuri ta’ monitoring dwar il-processi ta’ impatt fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-azjenda. Dawn l-aqwa prattici u l-aktar effettivi thaddmu f’kulturi tax-xoghol differenti f’pajjizi fil-Mediterran, l-Afrika ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja, u huma msahha bl-esperjenzi estensivi tal-awtur bhala manager bi statura internazzjonali; bhala ghalliem kwalifikat fil-management (ta sehmu f’azjendi u universitajiet fil-Marokk, Malta, l-Italja, Franza, Singapore, il-Malasja u c-Cina); kif ukoll il-posizzjonijiet ta’ responsabbilta’ li qeda lokalment fit-Tribunal Industrijali; il-Korporazzjoni Maltija ghall-Isvilupp; il-Korporazjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig;il-Public Broadcasting Services; MIMCOL-MGI (il-korporazzjoni tal-investimenti tal-Gvern); l-Universita’ ta’ Malta; l-MCAST – il-Kullegg Malti ghall-Arti, Xjenza u Teknologija; il-Kunsill Malti ghall-Isvilupp Socjali u Ekonomiku; l-Ghaqda ta’ Min Ihaddem.

Il-qoxra ta’ quddiem fiha d-disinji ta’ Leonardo da Vinci tas-sena 1480 ta’ gwienah u x-xewqa tal-bniedem li jiftah mohhu billi jtir fl-univers tal-gherf; il-qoxra ta’ wara fiha riproduzzjoni tal-fiziku teoretiku – Albert Einstein, 1879-1955, bir-rakkomandazzjoni famuza tieghu: “L-aktar haga importanti hi li ma tiqafx tistaqsi”.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s