Traġitti – Ġabra ġdida ta’ Poeżiji

Għadha kemm ħarġet ġabra ta’ poeżiji ġdida mill-pinna ta’ żewġ poeti żgħażagħ, Patrick Sammut u Andrew Sciberras. L-isem tal-ktieb huwa TRAĠITTI (2009, 95 paġna, mitbugħ għand il-Five Star Printing and Design Ltd.), u jiġbor fih 30 poeżija ta’ Sammut u 30 poeżija oħra ta’ Sciberras, kollha bil-Malti. Traġitti għandu daħla kritika mill-professur Oliver Friggieri u ritratti tal-fotografu Aaron Bonniċi.

X’qal il-Prof. Friggieri dwar il-poeti:

“Is-silenzju huwa valutat u skopert bħala kisba aħħarija, aktar milli bħala nuqqas ta’ elokwenza bikrija. Ma huwiex telfa iżda akkwist. Hemm dimensjoni lil hinn mill-kelma, mit-taħdit, u mill-poeżija nnifisha li Sammut jippreferi – anki jekk, paradossalment, huwa jissokta jikteb. Għalhekk din il-poeżija ta’ Sammut tista’ titqies bħala kompromess, soffert u kuntrastanti, bejn il-kitba u n-non-kitba.”

“Il-poeżija ta’ Sciberras toffri eżempju tad-duwalità: il-kelma u l-att. Kollox jindika li l-poeta jimraħ fl-ispazju mibni bejn il-kelma miktuba u l-azzjoni mġarrba. Minn ħdan iż-żewġ estremi, kważi nieqsa minn kull ħjiel ta’ konċiljazzjoni bejniethom, huwa jerġa’ jew aħjar jissokta jfittex is-sens, dak kollu li jista’ jispjega u forsi jiġġustifika l-kitba tal-poeżija f’epoka li hi minnha nnifisha post-poetika jew saħansitra anti-poetika.”

Traġitti se jkun qed jinbiegħ bil-prezz ta’ 7 ewro. Min ikun irid jirċievi kopja jista’ jikkuntattja lill-awturi fuq sammutpatrickj@yahoo.com jew patrickjsammut@hotmail.com jew artistand666@yahoo.com

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s