TLIET KOTBA HI/LO IPPUBBLIKATI MINN KLABB KOTBA MALTIN

ID-DAWL L-ABJAD, Anita Busuttil, disinji ta’ Marisa Attard, PB, 88 paġna, 2009, €5.00.

MARTINA@CHAT.COM, Charles Casha, disinji ta’ Mikiel Spiteri, PB, 80 paġna, 2009, €5.00.

ID TAD-DEHEB, Ivan De Battista, disinji ta’ Mark Scicluna, PB, 58 paġna, 2009, €5.00.

X’inhuma kotba hi/lo? Hi/lo huma kotba li huma intenzjonati primarjament għal tfal li ma jħobbux jaqraw jew li l-livell tal-qari tagħhom huwa pjuttost baxx. Dawn il-kotba jkunu għoljin f’dak li hu interess (high in interest) imma baxxi f’dak li hu vokabularju (low in vocabulary). L-idea tal-kotba hi/lo hija li timmotiva tfal speċjalment fl-etajiet tal-addolexxenza biex jaqraw. Klabb Kotba Maltin għadu kemm ippubblika l-ewwel tliet kotba minn sensiela ta’ kotba hi/lo li huma mmirati għat-tfal tas-sekondarja. Huma miktubin b’mod speċjali minn tlieta mill-aqwa kittieba tal-letteratura għat-tfal f’Malta.

ID-DAWL L-ABJAD ta’ Anita Busuttil b’disinji ta’ Marisa Attard hija storja dwar il-familja u l-ħbiberija u kemm dawn huma importanti fil-ħajja ta’ żewġt aħwa, Rachel u Stefan. Rachel hija tfajla ta’ tlettax-il sena, tfajla bil-għaqal u moħħha f’postu. Iżda darba tiddeċiedi li tikkopja waqt eżami għaliex ma kinitx studjat. F’ħajjitha kienet tħossha mdejqa u dejjem għajjiena. Kellha ħabiba li offritilha l-għajnuna imma din l-għajnuna ġabitha f’aktar inkwiet.

MARTINA@CHAT.COM ta’ Charles Casha b’disinji ta’ Mikiel Spiteri jippreżenta sitwazzjoni f’familja ta’ erbgħa min-nies fejn donnu kulħadd qiegħed jgħix għal rasu, medhi b’dak li l-aktar jinteressah fil-ħajja. Martina ssib ruħha f’sitwazzjoni skabruża u minn hemm l-affarijiet jieħdu xejra oħra.

ID TAD-DEHEB ta’ Ivan De Battista b’disinji ta’ Mark Scicluna jeħodna dritt fuq il-bankijiet tal-iskola. Ġrajja li tagħti ħarsa lejn l-interazzjoni u l-emozzjonijiet li jħossu l-istudenti tal-lum bejniethom. F’dan il-ktieb naraw l-impatt tal-bullying b’mod akut fl-imġiba ta’ ċertu studenti lejn studenti oħra.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel 21497046 jew jibgħat email lil sales@midseabooks.com

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s