Il-Gnien tad-Dmugh

Wara stennija ta’ sena u nofs, nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru ħiereġ dak li hu forsi l-iktar ktieb qatt mistenni fl-istorja tal-letteratura Maltija: Il-Ġnien tad-Dmugħ. L-ewwel żewġ volumi fit-triloġija tal-Fiddien (Sqaq l-Infern u Wied Wirdien) kisru r-rekords ta’ bejgħ Maltin kollha għal ktieb għat-tfal. Biżżejjed ngħidu li Sqaq l-Infern biegħ ‘il fuq minn 1,000 kopja fl-ewwel 9 ijiem mill-pubblikazzjoni, filwaqt li Wied Wirdien kellu mal-1,500 kopja prenotati anki qabel ma ħareġ għall-bejgħ.

Kitba ta’ Simon Bartolo u Loranne Vella, b’illustrazzjonijiet ta’ Lisa Falzon, ippubblikat mill-Merlin Library, Il-Ġnien tad-Dmugħ se jitnieda l-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru fil-Caraffa Stores, Birgu Waterfront. Bejn il-5.30pm u s-7.30pm se jkun hemm tnedija għat-tfal, b’atturi, animazzjoni, logħob u attivitajiet oħra. Mid-9.00pm ‘il quddiem, imbagħad, se jkun hemm it-tnedija għall-adulti, party b’ħafna mużika mħejjija minn DJ Bob u, naturalment, kopji tal-ktieb li se jkunu għall-bejgħ.

F’ Il-Ġnien tad-Dmugħ tintemm it-triloġija tal-Fiddien, fejn l-awturi jikxfu l-misteri kollha madwar il-Fiddien, l-Immarkati, Jason u l-profezija tal-Magħżul, u x’ġara mid-disa’ subien Immarkati li sparixxew mill-ġdid fi tmiem Wied Wirdien.

Għal aktar informazzjoni, tistgħu tikkuntattjaw lill-Merlin fuq mail@merlinlibrary.com

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s