Clare Azzopardi FIS-SIEGĦA TAL-KITTIEBA

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Diċembru 2009, Dr Marco Galea se jintervista live lil Clare Azzopardi fis-Sala tal-Mużika tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, fis-7,30pm, intervista oħra mis-sensiela IS-SIEGĦA TAL-KITTIEBA.

Clare Azzopardi reħbet il-premju letterarju bl-ewwel ġabra ta’ novelli tagħha Il-Linja l-Ħadra. Minbarra proża hija tikteb ukoll drammi, bħal “L-Interdett Taħt is-Sodda”, li ġie tradott u moqri fi Franza u ppubblikat ukoll f’verżjoni Għarbija. Uħud min-novelli tagħha nqalbu għal diversi lingwi, ippreżentati f’festivals u programmi lettrarji barranin u ppubblikati f’diversi pajjiżi.

Azzopardi taħdem ħafna wkoll fil-qasam tal-letteratura tat-tfal, bil-kitba ta’ rumanzi u kotba għall-qari, kif ukoll bil-kumpilazzjoni ta’ kitbiet għall-qarrejja żgħar.

Clare Azzopardi tgħallem il-Malti fil-Kulleġġ tal-Universita’.

Waqt l-intervista jkun hemm qari ta’ siltiet ta’ Clare Azzopardi mill-attriċi Sharon Bezzinau kummenti mużikali minn Alex Vella Gregory.

Bħas-soltu, dħul b’xejn.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s