Diskussjoni dwar iċ-Ċensura
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fid-dawl ta’ dak li seħħ dan l-aħħar jiem, hu xewqan li joħloq diskussjoni dwar iċ-ċensura f’Malta fil-qasam tal-kitba.
Din id-diskussjoni li fiha l-pubbliku jista’ jintervjeni ser issir waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb is-Sibt li ġej fis-7.30 p.m. fis-Sala Temi Zammit f’Dar il-Mediterran, il-Belt. Is-sala tinsab f’nofs is-sala fejn ikunu esebiti l-kotba.
Sa issa l-panel huwa magħmul mill-Kittieb Immanuel Mifsud u l-pubblikatur Chris Gruppetta.
Advertisements