Nhar il-Ħamis il-Poeta li Sfida ċ-Ċensura

Wara l-intervisti lil Pierre Mejlaq u lil Maria Grech Ganado, is-sensiela ta’ intervisti ma’ kittieba ewlenin se tiltaqa’ live ma’ Albert Marshall, poeta u reġista teatrali.

Marshall jispikka fl-użu ta’ lingwaġġ li jippindla bejn xbihat qawwija u oħrajn ħelwin. Minn “riħet is-slopp tal-bewl li kellek taħt is-sodda l-kbira”, jew “riħet id-dagħa l’għallimtni nidgħi” il-poeżija ta’ Marshall taf tersaq ukoll lejn il-ward, il-fjuri tal-papoċċi, il-pupi u x-“xatt ramli ta’ malta titbennen ġo lejla sajfija”.

Ir-reġista li daq il-kundanna tal-imħuħ konservattivi meta dderieġa s-serje Il-Madonna taċ-Ċoqqa fuq it-televixin Malti li kien għadu jxandar bl-abjad u bl-iswed, huwa l-istess reġista li aktar kmieni dis-sena, wara r-ritorn tiegħu lejn Malta, tella’ x-xogħol 4.48 Psychosis tal-kittieba kontroversjali Sarah Kane.

Din taf tkun intervista li tiskomoda u li tagħti gost.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s